Il-President tal-UEFA Aleksander Ceferin stqarr li d-deċiżjoni li l-Euro 2020 ssir fi ħdax-il belt differenti madwar l-Ewropa ma kinitx waħda ġusta, u qal li dan il-format mhux se jerġa jkun implimentat fil-futur.
Ceferin żied jgħid li kienet diffiċli ferm għal timijiet li kellhom jivvjaġġaw madwar 10,000 kilometru biex jilagħbu l-partiti tagħhom. Dan filwaqt li timijiet oħra kellhom jivvjaġġaw 1,000 kilometru.
Għalkemm Ceferin qal li hija ideja tajba, stqarr li hija diffiċli ferm biex timplimentaha, bl-edizzjoni li jmiss tal-Euro 2024 mistennija ssir fil-Ġermanja.
//= $special ?>