EURO 2020 Futbol Sport Stadju Finali

“Il-finali se tkun bejn attakk żagħżugħ u difiża veterana”- Leonardo Bonucci

(Ritratt: EPA)

Id-difensur tal-Italja Leonardo Bonucci iddeskriva d-dwell bejn l-attakk tal-Ingilterra u d-difiża tal-Italja bħala dwell bejn iż-żgħażagħ u l-veterani. Id-difensuri ċentrali Leonardo Bonucci ta’ 34 sena u Giorgio Chiellini ta’ 36 sena, għandhom aktar minn 200 preżenza mat-tim nazzjonali Taljan u kienu strumentali fil-mixja ta’ 33 partita mingħajr telfa għat-tim immexxi mill-kowċ Roberto Mancini.

Bonucci kellu kliem ta’ tifħir għall-attakkant tal-Ingilterra Harry Kane u stqarr li jridu jkunu fl-aqwa forma sabiex jżommu lilu u lil sħabu milli joħolqu periklu lejn il-lasta difiża minnhom. Madanakollu Bonucci jinsab kunfidenti li t-Taljani se jirbħu d-dwelli individwali kontra ż-żgħażagħ Ingliżi fil-finali tal-Euro 2020.