Il-ġlieda boxing ferm mistennija bejn Tyson Fury u Deontay Wilder mistennija tiġi posposta għal ottubru wara li 10 membri mit-tim ta’ Tyson Fury rriżulta pożittiv għall-Covid-19. Rapporti internazzjonali qed jgħidu wkoll li anke Fury stess irriżulta pożittiv.
Il-ġlieda kienet mistennija ssir aktar tard dan ix-xahar u kienet se tkun għat-titlu WBC heavyweight. Fiż-żewġ ġlidiet preċidenti, l-ewwel ġlieda ntemmet fi draw filwaqt li t-tieni waħda ntrebħet minn Tyson Fury.
//= $special ?>