Lokali Saħħa

Il-PN jappella għal proċess aktar rigoruż fl-ajruport u l-portijiet

Wara l-fatt li, tul dawn l-aħħar jiem, pajjiżna qiegħed jara żieda fin-numri tal-każijiet pożittivi tal-COVID-19 impurtati, il-COVID Action Team tal-Partit Nazzjonalista jisħaq fuq limportanza ta’ screening aktar riġidu fil-portijiet Maltin, kemm dawk bl-ajru kif ukoll bilbaħar.

Għalhekk il-Partit Nazzjonalista qiegħed jipproponi li:

  1. Jekk il-persuna li tasal Malta tkun ivaċċinata, għandha tippreżenta ċ-ċertifikat ta’ dan, flimkien ma’ prova ta’ PCR test negattiv sa 72 siegħa mit-tluq tagħha.
  2. Jekk il-persuna li tasal Malta ma tkunx ivaċċinata, minkejja li jkollha prova ta’ PCR test negattiv minn pajjiżha, għandha tkun screened permezz ta’ PCR test ieħor hekk kif tasal f’Pajjiżna.
  3. Għandu jkun hemm loġistika aktar b’saħħitha li tantiċipa ż-żieda qawwija li qegħdin naraw fit-turiżmu u sabiex jiġi evitat il-kaos li rajna fil-portijiet fil-ġimgħat li għaddew.

Dan, sabiex inkomplu nnaqsu l-possibilitá tal-introduzzjoni ta’ varjanti ġewwa pajjiżna u nassiguraw li s-settur turistiku u dak tal-ospitalitá, tant importanti għall-ekonomija tagħna, tkompli bir-ritmu li qabdet u tkompli titgawda ġewwa pajjiżna.

Dan ukoll, sabiex jiġi evitat li Pajjiżna jerġa jkollu impost fuqu mill-ġdid xi restrizzjonijiet marbuta mat-tixrid tal-pandemija, u nkomplu ngħixu fin-normalita’ filwaqt li jkun hemm irrispett u l-infuzar ta’ dawk il-miżuri preventivi diġa eżistenti.