EURO 2020 Futbol Sport Stadju Finali

“L-Italja jinsabu fil-finali mertu tagħhom, issa l-aħħar sfroz” – Antonio Conte

(Ritratt: EPA)

L-eks kowċ tat-tim nazzjonali Taljan Antonio Conte qal li l-players tal-Italja rnexxielhom jaslu sal-finali, mertu tagħhom u li issa kull ma jonqos huwa l-aħħar sforz.

Conte qal li fil-partita kontra Spanja, l-fortuna ma kinitx mal-Italja iżda l-għaqda fit-tim wasslet għal din ir-rebħa. L-eks kowċ ta’ Inter u Chelsea rrimarka wkoll kif il-qawwa tat-tim Taljan tinsab fil-goalkeeper Gigio Donnarumma u fid-difensuri, Giorgio Chiellini u Leonardo Bonucci hekk kif huma t-tliet jagħmlu t-tim aktar sigur.

Dwar l-Ingilterra, Conte qal li t-tim Ingliż hu wieħed b’saħħtu u li jarahom perikolużi fil-ġnubijiet permezz ta’ Raheem Sterling u anke Bukayo Saka.