Coronavirus Internazzjonali Saħħa Sport

L-Olimpjadi f’Tokjo wara bibien magħluqa

FILE PHOTO: A man wears a protective mask amid the coronavirus (COVID-19) outbreak in front of the giant Olympic rings in Tokyo, Japan, January 13, 2021. REUTERS/Kim Kyung-Hoon//File Photo

L-Olimpjadi f’Tokjo se jinżammu wara bibien magħluqa hekk kif l-Gvern Ġappuniż kien kostrett jiddikkjara stat ta’ emerġenza fil-kapitali li se ttul waqt il-logħob olimpiku kawża ta’ firxa għolja ta’ trażmissjoni tal-varjant Delta.

Il-Prim Ministru Suga saħaq li huwa essenzjali li jipprevjeni li Tokjo ssir ċ-ċentru ta’ infezzjonijiet u għalhekk dan l-ispettaklu sportiv se jkun għeri mill-udjenzi u l-folol, inkluż dawk li se jsiru fit-toroq tal-kapitali bħat-triathlon. Dan kontra kull xejra mistennija hekk kif sal-ġimgħa l-oħra, xi uffiċjali baqgħu jinsistu li l-logħob seta’ jiġi organizzat b’mod sigur b’xi spettaturi.

Intant, il-Ministru tas-Saħħa Tuneżin qal li s-sitwazzjoni b’rabta mal-COVID-19 hija waħda katastrofika hekk kif is-sistema tas-saħħa kkollassat biex ilaħħqu mal-proviżjoni t’ossiġnu b’numri għolja ta’ infezzjonijiet u mwiet, tant li t-Tlieta rreġistraw ftit anqas minn 10,000 infezzjonijiet u aktar minn 130 mewta f’ġurnata.

U l-mappa Ewropea maħruġa mill-ECDC turi li l-ogħla rati t’infezzjonijiet fil-kontinent jinsabu f’żoni turistiċi, fosthom Spanja, il-Portugal u Ċipru, b’ħafna reġjuni f’dawn il-pajjiżi qed jesperjenza aktar minn 120 każ ġdid ta’ COVID-19 minn fost 100,000 persuna fl-aħħar ġimagħtejn, primarjament kawża tal-varjant Delta.

L-awtoritajiet tal-Katalunja infatti daħlu restrizzjonijiet fuq in-nightlife filwaqt li fil-Portugalli ddaħħal curfew mal-lejl, fil-Gvern Franċiż jiskoraġġixxi l-ivvjaġġar lejn dawn id-destizzjonijiet.