L-Assoċjazzjoni Medika Maltija tesprimi d-diżappunt tagħha għan-nuqqas ta’ previżjoni tal-Ministeru għat-Turiżmu.
10 ijiem ilu 5000 student kellhom jiġu evakwati mill-gżira Spanjola ta’ Mallorca, wara li student parties wasslu għal aktar minn 500 każ kuljum f’din il-gżira.
Dan segwa dubju li din il-gżira tkun fil-lista ħadra tar-Renju Unit. L-istess ġara fil-Portugal fejn Lisbona kienet sfurzata tagħmel lockdown ta’ ftit ġimgħat.
Il-fatt li Malta tkun fil-lista l-ħadra tar-Renju Unit ma kien xejn triq iktar faċli sabiex ikollna ripetizzjoni rapida u devastanti ta’ dak li ġara f’Mallorca u Lisbona.
Fi stqarrija, il-MAM stqarret li l-istess żbalji li saru s-sena l-oħra qed jiġu ripetuti. Herd Immunity ta’ 70% twaqqaf epidemija biss jekk ma jkunx hemm żerriegħa kontinwa massiva tal-virus barra minn xtutna.
Il-MAM kienet stqarret mal-MHRA u mal-awtoritajiet tat-Turiżmu biex jippromwovu turiżmu sikur permezz ta’ ftuħ għat-Turiżmu biss għal individwi mlaqqma li jkunu meħtieġa li jagħmlu swab test wkoll, u jipprojbixxu dawk l-attivitajiet li jattiraw persuni li ma’ jimxux ma’ miżuri preventivi u distanzi soċjali.
B’50 każ kuljum u rata ta’ każijiet li qed tirdoppja kuljum, Malta dalwaqt tkun fuq il-listi ħomor tal-UE fi ftit ġranet u jerġa’ għal darb’oħra jitnaqqas it-turiżmu drastikamet.
Il-MAM saħqu li dan huwa inġust għall-ħaddiema tal-kura tas-saħħa li għal darb’oħra jridu jagħmlu sagrifiċċji biex jieħdu ħsieb dawn il-pazjenti iżda wkoll għal dawk li l-għixien tagħhom jiddependi fuq l-industrija tat-turiżmu.
Dan huwa wkoll inġust ma’ dawk kollha li għamlu sagrifiċċji kbar biex bdejna niġu lura għan-normalità. Il-MAM saħqet li miżuri urġenti li jillimitaw l-festi u l-avvenimenti tal-massa huma meħtieġa biex iwaqqfu din il-mewġa l-ġdida kemm jistajkun malajr u hemm bżonn ukoll li ssir bidla rapida fl-istrateġija li tippromwovi biss turiżmu sigur lejn Malta.
Il-MAM tħeġġeġ bil-qawwa wkoll lil dawk kollha li ma tlaqqmux biex jagħmlu dan malajr kemm jistajkun, għax hekk kif il-Covid-19 jinfirex mit-turisti għat-80 elf resident Malti mhux imlaqqam, s-sistema tal-kura tas-saħħa terġa’ titpoġġa taħt pressjoni kbira.
//= $special ?>