Fil-Bażilika ta’ Santa Maria in Ara Coeli f’Ruma f’12pm ngħatat l-aħħar tislima il-kantanta, żeffiena u preżentatriċi Taljana Raffaelle Carrà, li mietet fl-età ta’ 78 sena nhar it-Tnejn li għadda.
Il-poplu Taljan seta’ jsegwi l-korteo kif ukoll il-quddiesa funebri mill-istess Bażilika fuq l-istazzjon Rai, l-istazzjon nazzjonali Taljan tant ħadmet programmi miegħu.

Infatti, sa mill-1961, Raffaella Carrà kienet pilastru fuq it-televiżjoni Taljana fuq programmi ta’ varjetà u kienet ukoll l-ewwel personalità li fl-istorja tat-televiżjoni li kixfet iż-żokkra quddiem camera waqt il-programm Canzonissima.
Fost dawk preżenti għall-funeral kien hemm Virginia Raggi, Sindku ta’ Ruma, li anki indirizzat lill-miġemgħa fil-Bażilika ta’ Santa Maria, li kienet iddekorata b’fjuri sofor, il-kulur favorit tagħha, u biswit it-tebut tagħha ritratt ma’ għadd ta’ trabi li ttieħed għall-programm “Amore” tal-2006, li fih kienet għenet familji Taljani biex jaddottaw mal-150,000 tifel u tifla.

Nies oħra li attendew kienu s-sieħeb tagħha, Sergio Japino, il-Ministru tal-Kultura, Dario Franceschini, id-direttur tar-Rai, Fabrizio Salini, kif ukoll artisti bħal Carmen Russo, Enzo Paolo Turchi u ż-żeffien Spanjol, Joaquín Cortés.
Il-quddiesa ġiet iċċelebrata minn 4 Patrijiet Kapuċċini minn San Giovanni Rotono, peress li Carra kienet devota ħafna ta’ Padre Pio, u fl-omelija tiegħu, Patri Simone Castaldi qal li kienu nafu kemm l-artisti importanti jagħmlu ġid, min jaf x’festa qed jagħmel ilkoll flimkien fil-ġenna u għalhekk pesważ li Raffaella kienet fosthom fuq quddiem.

Kienu bosta dawk li taw l-aħħar tislima lil Raffaella Carra tul ir-rotta tal-korteo li telaq fil-11 ta’ filgħodu mill-Campidoglio, fejn kienet esposta fl-aħħar jumejn għall-pubbliku, sal-istess Bażilika bi skorta tal-Pulizija.
Fil-Protomoteca fejn kienet esposta fil-Palazz Campidoglio, tweħħlu għadd ta’ ritratti ta’ uħud mill-ispettakli memorabbli tagħha.
Oħrajn għażlu li segwew il-quddiesa live fuq big screen fi Piazza del Campidoglio, skont il-ħarsien tal-miżuri kontra t-tixrid tal-COVID-19, li f’ħinijiet infexxew applaws kbir taħt xemx tiżreġ.
