Lokali

Raġel bi ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura f’Birkirkara

Żagħżugħ Ċiniż, residenti Wied il-Għajn, kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li ntlaqat minn vettura f’BIrkirkara.

Il-każ seħħ fis-siegħa ta’ waranofsinhar fi Triq il-Wied ta’ l-Imsida meta l-barrani ta’ 27 sena ntlaqat minn vettura misjuqa minn raġel ta’ 56 sena minn Ħal Balzan.

Fil-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħa lir-raġel l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.