Futbol Sport

Rapporti jindikaw li Man Utd ikkanċellaw iż-żjara tagħhom f’Malta

Rapporti fil-media Ingliża qed jindikaw li Man Utd ikkanċellaw iż-żjara li kellhom pjanata f’Malta bħala parti mill-presesason bi preparazzjoni għall-istaġun li ġej. Jidher li Man Utd għażlu li jmorru l-Iskozja minflokk Malta minħabba restrizzjonijiet marbuta mal-Covid-19 fl-Ingilterra.

Dan hekk kif minkejja li Malta ġiet mpoġġija fil-lista l-ħadra tar-Renju Unit, il-Gvern Ingliż ħabbar li dawk kollha li se jivvjaġġaw mill-Ingilterra u ma ħadux iż-żewġ dożi tal-vaċċin, se jkollhom jsegwu perjodu ta’ kwarantina hekk kif jirritornaw lura fl-Ingilterra.

Kienet il-paġna ta’ Replay li f’aħbar esklussiva ħabbret li Man Utd kienu qed jippjanaw li jqattgħu parti mill-preseason f’Malta fejn anke kienet se tintlagħab partita ta’ ħbiberija. Madanakollu, Man Utd issa mistennija jqattgħu l-preseason tagħhom fl-Iskozja fejn se jilagħbu partita ta’ ħbiberija oħra kontra Brentford, f’St.Andrews, l-iskozja.