Sport Sport Ieħor

Sasha Gatt tikser rekord nazzjonali ieħor f’Ruma

L-għawwiema ta’ 16-il sena Sasha Gatt kisret rekord nazzjonali ieħor, din id-darba waqt li kienet qed tikkompeti fil-Freestyle tal-1500 metru fil-LEN European Junior Championships f’Ruma. Gatt kisret dan ir-rekord ftit ġimgħat qabel l-Olimpjadi, fejn Sasha Gatt se tkun waħda mill-atleti li se jirrappreżentaw lill-pajjiżna f’Tokyo.

Sasha Gatt kisret ir-rekord tagħha stess f’ ħin ta’ 16:50.47 biex b’hekk se tkun qed tikkompeti fil-finali li se jsiru għada wara nofsinhar. Flimkien ma’ Sasha Gatt f’Ruma qed jikkompetu wkoll ħames atleti oħra li huma Luke Sullivan, Maya Galea, Thomas Woods u Kristina Camenzuli.