Bħal ma jiġri dejjem, kwalunkwé turnament bħall-Euro 2020, joffri emozzjonijiet diversi, fosthom diżappunti fuq livell individwali ta’ plejers minn timijiet differenti li wieħed kien jistenna ferm aktar minn għandhom matul il-kompetizzjoni. Bħal kull spettatur ieħor f’din il-Euro, stajt nosserva u nagħti l-ġudizzju tiegħi dwar ċertu plejers, speċjalment dawk li fuq livell internazzjonali, igawdu ċertu popolaritá u sa minn qabel il-bidu ta’ din is-16-il edizzjoni tal-Euro, il-media bdiet tiffoka ħafna mill-attenzjoni tagħha fuqhom.
Għalhekk għażilt SITT plejers li nħoss li kienu fost l-aktar li ddiżżapuntaw għaliex wieħed kien qed jistenna li jara l-oppost ta’ dak li effettivament ipproduċew matul dan ix-xahar tal-Kampjonati Ewropej. Inħoss, li dawn is-sitt plejers, kienu fost dawk li ħallew togħma qarsa mal-partitarji rispettivi tagħhom, kif ukoll mal-pubbliku inġenerali li segwa b’interess u b’tant passjoni, kull partita tal-Euro 2020.
Dawn huma: