Il-kowċ tar-Russja Stanislav Cherchesov tkeċċa minn kowċ ta’ pajjiżu hekk kif kienu eliminati mill-fażi tal-gruppi tal-Euro 2020. Il-President tal-Federazzjoni Russa Alexnader Dyukov qal li din id-deċiżjoni waslet wara diskussjoni bejn iż-żewġ partijiet.
Cherchesov kien ilu ħames snin imexxi lit-tim Russu, fejn qal li dan kien perjodu li se jibqa’ jiftakru tul ħajtu kollha. Hu kien ħa post Leonid Slutsky fl-Euro 2016 u rnexxielu jwassal lir-Russja sal-kwartifinali tat-Tazza tad-Dinja tal-2018. It-tkeċċija ta’ Cherchesov hija t-tielet waħda hekk kif Frank De Boer u Joachim Low ukoll temmew l-esperjenza mat-timijiet rispettivi tagħhom.
//= $special ?>