Lokali

Tissejjaħ laqgħa urġenti tal-Kunsill tal-MHRA

Wara li llum kienu rrappurtati 96 każ ġdid ta’ Covid-19 f’pajjiżna, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u r-Ristoranti sejħet laqgħa urġenti tal-Kunsill tagħha.

Net News ikkonferma dan mal-assoċjazzjoni nnfisha.

Mhux magħruf x’se tkun qed tipproponi l-MHRA f’dan i-istadju.

Il-qasam tal-lukandi u l-catering kien fost dawk li batew ħafna mill-ewwel mewġiet tal-virus u jeżisti tħassib serju dwar jekk is-settur f’pajjiżna jiflaħx għal daqqa oħra mill-pandemija li ħakmet lid-dinja.