16- il persuna, disa’ nisa u sebat irġiel ingħataw il-warrant sabiex jipprattikaw il-professjoni ta’ Nutar Pubbliku. Dan wara li għaddew b’suċċess mill-eżami għall-għoti tal-warrant.
In-Nutara Pubbliċi Ġodda huma : Martina Andrea Attard, Giselle Axiaq, Derek Bonavia, Shaun James Borg, Ethan Brincat, John Paul De Giorgio, Dejan Debono, Maureen Farrugia, Robert Joseph Felice, Daniele Gafa’, Clara Grixti, Cristina Grixti, Maria Mifsud Bonnici, Kimberly Sammut, Maria Graziella Stellini, Chanelle Vella.
Il-warrants kienu preżentati mill-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis fil-preżenza fost oħrajn tan-Nutar tal-Gvern Keith German u l-President tal-Kunsill Notarili Clinton Bellizzi.
//= $special ?>