Sport Sport Ieħor

Ashleigh Barty tirbaħ il-Grand Slam ta’ Wimbledon

(Ritratt: EPA)

Ashleigh Barty rebħet l-ewwel Grand Slam tagħha f’Wimbledon hekk kif għelbet lil Karolina Pliskova 6-3 6-7 6-3 biex saret l-ewwel Awstraljana li rebħet il-Wimbledon f’41 sena.

Iż-żewġ tennisti kienu qed jagħmlu d-debutt tagħhom fil-finali ta’ Wimbledon. Wara li Barty bdiet tajjeb, iċ-Ċeka Pliskova qagħdet fil-partita fejn bdiet tilgħab aħjar. Barty kellha iċ-ċans li tagħlaq il-partita fit-12-il logħba tat-tieni sett, iżda Pliskova sforzat tie break.

Madanakollu Barty ħadet vantaġġ kmieni fit-tielet sett biex żiedet il-Grand Slam ta’ Wimbledon, mar-Roland Garros li rebħet fl-2019.

Sadanittant għada tintlagħab il-finali tal-irġiel bejn Novak Djokovic u Matteo Berrettini.