Lokali

Għawdex fil-qalb tal-PN – Miriam Zammit

Fil-messaġġ tagħha Miriam Zammit, ir-rappreżentanta tal-Kumitat Reġjonali f’Għawdex qalet li l-PN dejjem emmen f’Għawdex, u dejjem emmen fil-potenzjal ta’ din il-gżira.

“Il-PN għandu għal qalbu lil Għawdex”

B’ħarsa storika lejn dak li wettaq il-PN f’Għawdex, Miriam Zammit ma naqsitx li torbot kif il-PN qed jaħdem u jwettaq politika u jibni fuq ħidma li wettqu Gvernijiet Nazzjonalista fis-snin preċidenti.

Hija fakkret kif il-PN kien dak il-PN li dejjem emmen fil-poplu Malti, u li għalhekk it-tema tal-Kunsill Ġenerali hija “Nemmnu fik. Fiduċja f’pajjiżna”.

“Il-PN kien dak li emmen fil-familji, Maltin u anki dawk Għawdxin”

Miriam Zammit qalet li l-aqwa żmien tassew kien meta kien hemm fil-Gvern il-PN u għalhekk issa l-PN qed jħares li jikber u jiġġedded biex il-PN jerġa’ jkun l-għażla naturali tal-poplu Malti u Għawdxi.

Ikkummenta