Futbol Sport

Il-CONMEBOL tagħti l-unur tal-aqwa plejer tal-Copa America lil Messi u Neymar

Il-CONMEBOL, il-Federazzjoni tal-Futbol tal-Amerika t’Isfel ħabbret li kemm Lionel Messi tal-Arġentina kif ukoll Neymar tal-Brażil huma l-aqwa plejers tal-Copa America u għalhekk se jkunu qed jaqsmu l-unur bejniethom. Dan l-unur qatt ma ngħata lil żewġ plejers fl-istess edizzjoni, hekk kif dejjem intrebaħ minn plejer wieħed.

Il-Grupp tekniku li kien inkarigat biex jagħżel l-aħjar plejer tat-tournament stqarr li ma kienx ikun ġust li l-unur jingħata lil plejer wieħed, hekk kif iż-żewġ plejers jistħoqqilhom li jirbħu dan l-unur. Il-Grupp tekniku kompla jgħid li l-livell li bih lagħbu ż-żewġ plejers matul it-tournament kien wieħed għoli ħafna fejn mexxew liż-żewġ timijiet rispettivi tagħhom sal-finali.

Il-Grupp Tekinku tal-CONMEBOL inkarigat minn din id-deċiżjoni hu magħmul minn coaches li kisbu suċċess fil-futbol tal-Amerika t’Isfel.

Ikkummenta