Fil-kummenti tiegħu qabel il-finali ta’ nhar il-Ħadd il-kowċ tat-tim nazzjonali Ingliż Gareth Southgate qal li bla dubju li din il-finali hija partita bejn l-aqwa żewġ timijiet li kien hemm fil-Euro 2020. L-Ingilterra se jkunu qed jaffaċjaw tim nazzjonali Taljan li taħt il-kowċ Roberto Mancini, pattew għad-disfatta tat-Tazza tad-Dinja 2018, hekk kif ilhom 33 partita mingħajr telfa.
Southgate stqarr li ilu jsegwi lit-tim Taljan mill-qrib għall-aħħar sentejn fejn faħħar il-progress li sar taħt Mancini, hekk kif rnexxielu joħloq għaqda u stil differenti minn dak li normalment nassoċjaw lit-tim Taljan miegħu. Southgate irrimarka wkoll li l-fatt li se jkunu qed jilagħbu l-finali f’Wembley Stadium, quddiem il-partitarji tagħhom huwa ta’ privileġġ għal dan it-tim.
//= $special ?>