Futbol Sport

Il-Kolumbja jegħlbu lil Peru fil-partita tat-tielet post

(Ritratt: EPA)

Il-Kolumbja għelbu lil Peru fil-partita tat-tielet post tal-Copa America. Il-Peru marru fil-vantaġġ lejn tmiem l-ewwel taqsima meta minn pass ta’ Christian Cueva kien Yoshimar Yotun li bix-xellug ikkonkluda fil-lasta.

Madanakollu, fid-49 minuta il-Kolumbja kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’ freekick dirett ta’ Juan Cuadrado. Biex fis-66 minuta huma marru fil-vantaġġ meta minn pass ta’ Camillo Vargas, Luis Diaz ġie wiċċ imb’wiċċ mal-goalkeeper u ikkonkluda fix-xibka għal 2-1. Iżda fit-82 minuta Gianluca Lapadula kiseb il-gowl tad-draw b’daqqa ta’ ras minn corner ta’ Raziel Garcia.

Madanakollu, fl-94 minuta il-Kolumbja skorjaw il-gowl tar-rebħa meta Luis Diaz għeleb lil goalkeeper Peruvjan b’xutt mid-distanza għal skor finali ta’ 3-2.