Minn naħa tagħha, Nadia Vella saħqet li l-fatt li l-Partit Nazzjonalista fetaħ dan il-Kunsill Ġenerali mill-Gżira Għawdxija, juri li Għawdex għadu ferm għall-qalb dan il-Partit.
Hija saħqet li dan il-Kunsill Ġenerali qed isir waqt żmien diffiċli f’pajjiżna għaliex sfortunatament valuri bħall-onesta u integrita qed jitwarrbu fil-ġenb.
Waħda mill-isfidi li għandna f’pajjiżna hija il-greylisting fir-rapport tal-FATF kif ukoll il-pandemija tal-Covid-19.. wieħed ma jinsix li l-pandemija qed niġġilduha mad-dinja kollha iżda minn naħa l-oħra l- greylisting ġie fuqna għax ġibnih aħna u rridu niġġildulu weħedna.
Nadia Vella tkelmet dwar l-effetti tal-greylisting li ser jilħqu lill-kulħadd u li Malta bħalissa tilfet il-fiduċja ta’ diversi investituri. Tul is-snin li għaddew gvernijiet li għaddew ħadmu sabiex ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna tibqa’ waħda pożittiva iżda dan kollu beda jinħatt.
F’Għawdex, il-pandemija ħalliet tgħalima li l-ekonomija ta’ Għawdex għandha bżonn tiġi diversifikata. L-ekonomija għawdxija għandha bżonn investiment barrani sabiex jinħoloq aktar xogħol iżda dan ser ikun ferm aktar diffiċli ladarba ġejna grey-listed. Hija saħqet li għalhekk il-Gvern irid idaħħal il-miżuri sabiex nitneħħew minn din il-greylist… miżuri li ser jirriżultaw bi spejjeż u nuqqas ta’ produtivita’.
Nadia Vella temmet tgħid li llum mal-ħażin qed jeħel it-tajba sabiex id-dnubiet tal-kbir jittattew.
//= $special ?>