Lokali

“Il-proposti li qed joħroġ bihom il-PN huma l-garanzija ta’ Gvern b’saħħtu għal pajjiżna”

Irridu bħala Partit, għaliex le, inkomplu noħolqu miżuri sabiex jinħoloq il-ħin għall-ħsieb biex b’hekk il-ħolm tagħna ż-żgħażagħ ma jonqosx.”

Fil-messaġġ tiegħu Beppe Galea saħaq li bħala żgħażugħ li kellu l-opportunità li jaħdem mhux biss fil-qasam lokali imma dak internazzjonali, jemmen li l-partit nazzjonalista għandu jkompli jkun dak li joffri opportunità u jimbotta liż-żgħażagħ u joħloq platforms fejn jiffjorixxi l-ħolm. Partit li dejjem poġġa l-fiduċja tiegħu fiż-żgħażagħ billi dak il-ħolm għamlu realtà. Il-ħolm huwa l-futur ta’ pajjiżna, għaliex huwa permezz tal-ħolm li nkunu nistgħu nibqgħu noħolmu.

Fid-diskors tiegħu Beppe Galea saħaq kif id-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea tatna l-opportunità sabiex naraw lill-pajjizna jikber, u jikber għaliex ingħatilna l-opportunitá li ngħixu esperjenzi fejn nistgħu nħarsu ‘l barra mill-konfini tagħna. Aħna li ngħixu f’pajjiż maqtugħ mill-bqija tal-kontinent, bdejna nifhmu kemm hu importanti li mhux kollox jibda u jispiċċa f’Malta u wisq anqas f’Għawdex.

Kompla jgħid kif il-proposti li qed joħroġ bihom il-Partit mill-oppożizzjoni huma l-garanzija ta’ gvern b’saħħtu għal pajjiżna; għaliex il-Partit Nazzjonalista jemmen FIK u għandu fiduċja f’Malta u Għawdex tagħna.

B’messaġġ pożittiv li jista’ jagħti dan il-partit tagħna lill-pajjiżna, hekk għamel fil-passat, hekk qed jagħmel mill-Oppożizzjoni u nemmen li hekk irid ikompli jagħmel fil-futur, temm jgħid Beppe Galea.