Il-UEFA ordnat lill-Ungerija biex jilagħbu it-tliet partiti li jmisshom f’darhom jintlagħabu wara bibien magħluqa, wara li l-partitarji tagħhom kienu nvoluti f’atti razzjali matul il-Euro 2020. Proċeduri dixxiplinarji fuq l-Ungeriżi nħarġu fuq razzismu u kondotta diskriminatorja matul il-partiti min Grupp F kontra l-Portugall, Franza u l-Ġermanja.
L-Ungerija ġew ordnati wkoll li fil-partiti futuri juru ‘banner’ li jippromwovi l-ugwaljanza, filwaqt li l-Federazzjoni tal-Futbol Ungeriża ġiet immultata €100,000. L-Ungerija mistennija jilagħbu partita mill-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja kontra l-Ingilterra f’Settembru għalkemm il-projbizzjoni imposta tgħodd biss għall-kompetizzjonijiet tal-UEFA u mhux tal-FIFA.
//= $special ?>