Tħabbret il-mewt ta’ Joe Spiteri li serva bħala Sindku tax-Xagħra f’isem il-Partit Nazzjonalista bejn l-2004 u l-2007. Joe Spiteri se jibqa’ mfakkar ukoll għall-ħidma tiegħu biex jistabilixxi s-settur tal-agro-turiżmu f’Għawdex.
Ħafna ddeskrivew lil Joe Spiteri bħala persuna li ried il-ġid lill-gżira Għawdxija u li kien determinat li ma jħalli l-ebda ostaklu jwaqqfu.
F’isem Net News inwasslu l-kondoljanzi lill-qraba ta’ Joe Spiteri.
//= $special ?>