EURO 2020 Futbol Sport Stadju Finali

“Irridu nieħdu pjaċir nilagħbu l-finali” – Roberto Mancini

(Ritratt: EPA)

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Taljan Roberto Mancini qal li t-tim jinsab f’forma tajba biex wasal sal-finali iżda jrid li l-player tiegħu jieħdu pjaċir jilagħbu f’partita daqshekk importanti. Mancini saħaq li ma kienitx faċli biex waslu sa dan il-punt, iżda ma jridx li l-players tiegħu jilagħbu bil-biża’ jew ikunu nervużi żżejjed għal din il-finali.

Mancini sostna wkoll li l-finali hija tragward sabiħ ħafna għal din l-iswkadra li fehmet mill-bidu l-pjanijiet u l-istil ta’ logħob li ried jimplimenta hu, iżda li waslu sal-finali m’huwiex biżejjed, hekk kif it-tim irid li jirbaħ din l-edizzjoni tal-Euro.

Waqt il-kummenti lil media Mancin fakkar ukoll fl-isbaħ mumenti li esperjenza matul din l-edizzjoni, fosthom l-ewwel partita f’Ruma bir-ritorn tal-partitarji, it-tgħanniqa ma’ Gianluca Vialli wara l-partita kontra l-Awstrija kif ukoll il-gowl ta’ Insigne u l-injury sfortunara ta’ Leonardo Spinazzola.