Coronavirus Lokali Saħħa

Jinstabu 109 każi ġodda ta’ Covid-19, ifiqu 2 persuni

Fil-bidu tal-71 ġimgħa tal-imxija fostna nstabu 109 każi ġodda ta’ Covid-19, bil-każijiet attivi issa telgħu għal 359. Dawn in-numri ħarġu mill-paġna tas-Saħħa fuq Facebook, hekk kif ġie magħruf li fl-aħħar sigħat fiequ 2 persuni minn dan il-virus.

Fl-aħħar 5 t’ijiem pajjiżna ra 296 każ ġdid filwaqt li l-aħħar darba li l-każijiet kienu qabżu l-mija, kien f’Marzu li għadda.

Aħbar tajba hi li fl-aħħar sigħat ma kellna l-ebda vittma tal-Covid, bl-ammont ta’ vittmi baqa’ dak ta’ 420.

S’issa ngħataw ‘il fuq minn 700,000 tilqima, u 349,133 persuna huma mlaqqma kompletament.