Lokali Qorti

Jitressqu żewġ żgħażagħ Ingliżi mixlija li vvandalizzaw salib tal-ġebel fil-Mellieħa

Żewġ żgħażagħ akkużati li vvandalizzaw salib tal-ġebel tas-seklu 18 fil-Mellieħa ngħataw il-ħelsien mill-arrest wara li wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjubin kontrihom. Robbie Scott Leach, ta’ 19-il sena, li jaħdem f’ħanut tal-laħam u Nerys Karen Cooke Spence ta’ 22 sena, li taħdem bħala kok, it-tnejn ta’ nazzjonalità Ingliża li jgħixu fil-Mellieħa, tressqu l-Qorti kważi ġimgħa wara li l-monument tal-ġebel ta’ 12-il pied instab parzjalment meqrud.

Il-ħsara lis-salib, magħrufa bħala Is-Salib tal-Pellegrini, fi Triq il-Kbira, il-Mellieħa, ġiet skopert minn nies tal-post it-Tnejn li għadda filgħodu u immedjatament sar rapport lill-Pulizija. Iż-żewġ suspettati eventwalment ġew traċċati u arrestati.

Iż-żewġ akkużati wieġbu mhux ħatja li għamlu ħsara intenzjonalment jew bi traskuraġni lill-monument pubbliku li kien oġġett ta ’proprjetà kulturali. L-att ta’ vandaliżmu, li allegatament seħħ il-Ħadd filgħaxija, kli irriżulta fi ħsara li taqbeż il- €250 iżda mhux l-€2,500, għad-detriment tal-gvern u l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa.

L-avukat difensur Martin Fenech ressaq talba għall-ħelsien mill-arrest, u argumenta li ż-żgħażagħ ikkooperaw bis-sħiħ mal-Pulizija. Wara li sema’ sottomissjonijiet miż-żewġ partijiet, il-Maġistrat Ian Farrugia laqa’ it-talba fuq garanzija personali ta’ €1,500 kull wieħed. Għandhom ukoll jiffirmaw fl-Għassa tal-Pulizija u jirrispettaw ‘curfew’ impost mill-Qorti. L-Ispetturi Joseph Mercieca u Christina Delia mexxew il-Prosekuzzjoni.