Lokali

Komdu jaħdem ma’ Rosianne Cutajar

“IVA”

Hekk stqarr ma’ Net News il-Ministru Aaron Farrugia is-Sibt filgħodu meta kien mistoqsi direttament jekk wara dak li kien żvelat f’dawn l-aħħar jiem. hux komdu jaħdem mad-Deputat Laburista Rosianne Cutajar.

Jidher ukoll li għall-Ministru Farrugia, kien biżżejjed li Rosianne Cutajar tirriżenja minn Segretarju Parlamentari

Iżda apparti Aaron Farrugia, jidher li l-Prim Ministru Robert Abela komdu wkoll b’Rosianne Cutajar.. għaliex minkejja li għaddew diversi ġranet.. Abela qed jibqa’ jagħżel li jżommha miegħu.

Aktar kmieni dan ix-xahar, Cutajar instabet ħatja ta’ ksur ta’ etika, bil-mod kif daħħlet eluf ta’ ewro minn senserija fuq propjetà fl-Imdina illi ried jixtri l-allegat kompliċi fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, Yorgen Fenech.

Filfatt, Rosianne Cutajar bħalissa għaddejja minn erba’ investigazzjonijiet… l-ewwel waħda mill-Kummissarju għall-ħarsien tal-istandards, li b’rapport ippubblikat ġimgħa ilu sabha ħatja ta’ ksur ta’ etika fuq fatti kkunsidrati gravi u serji;

It-Tieni waħda mit-Tax Compliance Unit tad-Dipartiment t-Taxxi Interni, li qedgħin jistennew id-deċizjoni tal-bord dwar jekk il-każ ta’ potenzjali evażjoni ta’ taxxa jintbagħtx lill-Pulizija jew jekk jissettiljawx il-każ b’mod amministrattiv.

It-tielet investigazzjoni qed issir mill-Pulizija ta’ Malta: dan qalitu Rosianne Cutajar stess meta hija infurmat lill-Kummissarju Hyzler li qiegħda tgħaddilu kopji tal-messaġġi skambjati bejnha u l-imprenditur sid ta’ 17 Black hekk kif mogħtija lilha mill-pulizija taħt disclosure.

Invetisgazzjoni oħra qed issir ukoll mill-Committee on Rules of Procedure, Immunities and Institutional Affairs tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa.

Ikkummenta