EURO 2020 Futbol Sport Stadju Finali

L-Ingilterra mmultati £26,000 wara l-inċidenti fil-partita kontra d-Danimarka

L-Ingilterra kienu mmultati £26,000 wara l-inċidenti fil-partita kontra d-Danimarka fejn kien ippuntat laser f’għajnejn il-goalkeeper Daniż Kasper Schmeichel qabel ingħata l-penalty minn Harry Kane. Il-multa hija wkoll relatata mad-diżrispett li wrew il-partitarji Ingliżi waqt l-innu nazzjonali tad-Danimarka, kif ukoll mal-murtali li nħarqu illegalment wara l-partita mill-partitarji Ingliżi.

Minkejja li Schmeichel kien mtellef mil-laser waqt li kien se jingħata l-penalty, hu rnexxielu jilqa’ l-konklużjoni ta’ Harry Kane iżda mit-tieni tentattiv l-captain Ingliż tefa’ fix-xibka biex wassal lill-Ingilterra għall-ewwel finali wara 55 sena.