Lokali

“Nagħtu s-sehem tagħna biex il-futur jerġa’ jibda jissaħħaħ”

Nemmen li f’qalbna hemm Malta. Nemmen li kull wieħed u waħda minnha se jagħraf is-sejħa li Malta qed tagħmlilna. Għandna fiduċja f’Malta. Għandna fiduċja li l-futur ta’ Malta se jerġa’ jibda”

Kliem is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Francis Zammit Dimech fl-ewwel sessjoni tal-Kunsill Ġenerali li saret is-Sibt filgħaxija.

Francis Zammit Dimech tkellem dwar il-clusters politiċi li welled il-PN… clusters li permezz tagħhom qed jiġu ġġenerati ideat ġodda li qed iwasslu għal- viżjoni għall-futur u proposti konkreti kif għandu jitmexxa pajjiżna. Huwa saħaq li l-ideat jissawru bil-parteċipazzjoni tad-Deputati, kandidati, esperti u b’konsultazzjoni mas-setturi kollha konċernati.

Is-Segretarju Ġenerali tal-PN għamel ukoll aċċenn fuq il-fatt li fil-PN żiedu ħafna uċuħ ġodda li ngħaqdu ma’ dawk t’esperjenza sabiex jaħdmu flimkien u dan sar permezz ta’ tiġdid kemm fit-tmexxija kif ukoll fil-fergħat kollha.

Francis Zammit Dimech semma wkoll il-ħsara li għamel Gvern Laburista lill-pajjiżna… ħsara li tappnet ir-reputazzjoni li kellu pajiżna u li kellna bħala poplu Malti u Għawdxi.. fosthom ir-rapport tal-FATF.

Gvern tal-labour… poġġa r-rebgħa, il-klikka magħżula, l-abbuż tal-poter, il-kriminalita.. l-assassinju ta’ ġurnalista, is-serq minn bwiet il-poplu Malti u Għawdxi u ħasil ta’ flus qabel l-interess nazzjonali… stqarr Francis Zammit Dimech.

Waqt id-diskors tiegħu Francis Zammit Dimech stqarr li dan se jkun l-aħħar Kunsill Ġenerali tiegħu bħala Segretarju Ġenerali għaliex ser ikun qed jipproponi isem ta’ xi ħadd li ċert li hu denju għal din il-kariga.