EURO 2020 Futbol Sport Stadju Finali

Phil Foden ma jitħarriġx qabel il-finali tal-Euro 2020

(Ritratt: EPA)

Phil Foden kien l-uniku player li ma tħarriġx mal-iskwadra Ingliża fl-aħħar sessjoni ta’ taħriġ qabel il-finali tal-Euro 2020. Dan wara li sofra injury fl-irkoppa bil-kowċ Gareth Southgate jagħżel li ma jirriskjax lil Foden qabel il-partita ta’ għada. ż

Minkejja dan il-25 player Ingliż tħarrġu b’mod normali bis-26 player jittestjaw negattivi għall-coronavirus. Southgate mistenni jibda bit-tliet midfielders Mason Mount, Raheem Sterling u Bukayo Saka wara l-captain Harry Kane, b’ Foden, kemm-il darba jkun fiżikament disponibbli, mistenni jkollu rwol importanti bħala sostitut.