Lokali

“PN li jista’ jkun Gvern alternattiv” – Ċensu Galea

Fil-messaġġ tiegħu l-President tal-Kunsill Ġenerali Ċensu Galea fejn tenna li dan il-Kunsill Ġenerali se jkun qed iwassal għal tmiem ta’ proċess fi ħdan il-PN li ilu għaddej numru ta’ xhur.

Fil-messaġġ tiegħu Ċensu Galea qal li kien daħal għal dan l-irwol ta’ President tal-Kunsill Ġenerali biex jgħin kemm jista’ lill-PN. Il-proċess għandu jwassal biex ibiddel lill-PN internament, biex il-PN ikun Gvern alternattiv.

“Il-PN huwa organizzazzjoni ħajja u lest jaġġorna lilu nnifsu kull ħin”

Huwa qal li l-PN irrid jaħdem biex jissaħħaħ hu, iżda fuq kollox jsaħħaħ lil Malta u Għawdex. Huwa qal li għandna quddiemna sfidi mhux żgħar, iżda jekk naħdmu flimkien, l-isfidi nistgħu nisfrutawhom billi noħolqu aktar opportunitajiet għal pajjiżna.

“Ejjew minn dan il-Kunsill noħorġu b’determinazzjoni aktar qawwija”

Ċensu Galea min-naħa tiegħu rringrazzja lil kull min ħadem miegħu fil-ħidma li wettaq fi ħdan il-PN, kemm issa u kif ukoll fil-passat, hekk kif issa ġie fi tmiemu ż-żmien tiegħu bħala President tal-Kunsill Ġenerali.