Lokali

“PN li jista’ jwelled l-ideat u jwettaq it-tamiet” – Michael R. Piccinino

“Sabiex il-Partit Nazzjonalista ikun jista jippreżenta ruħu dejjem aħjar bħala Gvern alternattiv irid ikompli jaħdem fuq il-policies ġodda u aġġornament tal-politika tiegħu sabiex jippreżenta viżjoni ċara li tiddistingwih mil-Partit Laburista, viżjoni li turi verament fejn nixtiequ nieħdu lil pajjiżna fis-snin li ġejjin”.

Hekk saħaq Michael Piccinino s-Segretarju tal-Eżekuttiv Organizzativ fejn ta ħarsa lejn il-ħidma li bħalissa qed iwettqu l-istrutturi fi ħdan il-PN.

Huwa qal li l-bidla fis-soċjetà Maltija, fil-PN mhux ħa taqa’ mis-sema, mhux ħa ssir waħedha,  imma din il-bidla tiġi jekk ilkoll naħdmu flimkien bħala poplu wieħed, bħala Partit wieħed. Michael Piccinino saħaq li l-PN qed jilqa’ fi ħdanu nies ġodda, b’ideat ġodda li lesti jsaħħu lill-PN biex ikun Gvern alternattiv.

“Għandna responsabbilità lejn il-pajjiż, sabiex inkomplu ningħaqdu, nissaħħu u nirnexxu ħalli meta jiġi l-mument inkunu f’pożizzjoni li l-Poplu jagħżel Gvern ġdid, Gvern alternattiv, Gvern immexxi minn Bernard Grech.”