Rapport: Stewart Said
SLIEMA FRANK SALT……….. 12
M’SKALA FISH AND FISH….. 6
(3-2), (2-2), (2-2), (5-0)
Sliema Frank Salt tħabtu aktar milli mistenni u r-riżultat finali ma jagħmilx ġustizzja mal-isforz ta’ Marsaskala Fish and Fish. L-Iskalin poġġew lil Sliema f’diffikultà għal ħafna ħin, iżda finalment is-Slimiżi ħadu t-tliet punti fl-aħħar sessjoni. Żgur li s-Slimiżi jridu jtejbu l-prestazzjonijiet tagħom. Uħud ħasbu li Sliema kien se jkollhom logħba faċli wara li Benji Cachia u Zach Mizzi taw vantaġġ doppju lis-Slimiżi. Marsaskala wieġbu u ġabu d-draw sakemm Matthew Mifsud ħalla lil Sliema minn fuq.
Fit-tieni sessjoni, Marsaskala żammew il-livell mal-avversarji u wieġbu darbtejn permezz ta’ Malcolm Manara u Luca Felice. Manara saħansitra ġab id-draw fit-tielet sessjoni u l-veteran Paul Privitera reġa’ ġab id-draw wara l-gowl ta’ Nico Schiavone. F’mument fejn setgħu jaqbdu kontrattakk, passaġġ żbaljat ippermetta lil Sliema jkollhom kontrattakk huma, b’John Brownrigg jiskorja l-gowl tal-vantaġġ. B’riżultat ta’ 7-6 il-logħba kienet għadha miftuħa fl-aħħar sessjoni. Iżda wara li skorja Jerome Gabarretta, is-Slimiżi ħadu vantaġġ mill-ftit għajja tal-avversarji u kabbru l-vantaġġ.
Sliema: N. Grixti, J. Gabarretta (3), L. Galea, M. Meli, B. Cachia (2), N. Schiavone (1), M. Mifsud (1), J. Brownrigg (1), J. Gambin (2), Z. Mizzi (1), N. Bugelli (1), Z. Sciberras
Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar, A. Camenzuli, P. Privitera (1), G. Sammut, L. Grixti (1), K. Navarro, M. Manara (2), S. Micallef, L. Felice (1), J. Ciantar (1), M. Carani, A. Muscat, G. Galea, D. Camilleri
Referees: Massimo Angileri, Ronnie Spiteri
MARSAXLOKK BROWN’S……. 4
SIRENS MECCA MARIN………. 7
(2-1), (0-1), (0-1), (2-4)
Sirens Mecca Marin ħadu dak li riedu mingħajr ma wisq impressjonaw. Rebħa ta’ 7-4 kontra Marsaxlokk Brown’s Pharma, tliet punti li mmaturaw fl-aħħar sessjoni wara bidu kajman. Il-logħba ma laħqitx xi livelli spettakolari, biż-żewġ settijiet ta’ plejers jagħmlu diversi żbalji speċjalment fl-attakk. Minkejja dan il-fatt, kellu partita pożittiva l-gowlkiper ta’ Marsaxlokk Benji Busuttil.
L-unika darba li Marsaxlokk kienu fil-vantaġġ kien fl-ewwel sessjoni meta permezz ta’ Sebastian Busuttil u Rainer Scerri marru 2-1 minn fuq. Għal żewġ sessjonijiet konsekuttivi, ix-Xlukkajri naqsu li jsibu x-xibka, b’Sirens idawru l-iskor b’gowls ta’ Matthew Sciberras fit-tieni sessjoni u Matthias Azzopardi fit-tielet sessjoni. It-tim ta’ Marko Orlovic għamel ċert mir-rebħa fl-aħħar sessjoni meta kabbar il-vantaġġ għal 7-2 b’doppjetti ta’ Isaiah Riolo u Matthias Azzopardi. Iż-żgħażagħ Luigi Mallia u Sebastian Busuttil naqqsu d-distakk lejn it-tmiem.
Marsaxlokk: B. Busuttil, M. Pace, S. Stellini, M. Martellacci, S. Busuttil (2), L. Saliba, J. Galea, K. Cremona, Z. Micallef, R. Scerri (1), M. Cacici, J. Portelli, F. Buhagiar, L. Mallia (1), K. Cauchi
Sirens: O. Gauci, M. Grech, K. Erdogan, J. Sciberras, J. Zerafa Gregory, G. Farrugia, M. Sciberras (2), I. Riolo (2), J. Napier, G. Melillo, L. Caruana, M. Azzopardi (3), G. Galea Curmi, T. Said, L. Falzon.
Referees: Stefan Licari, Richard Magri
Logħob għal għada
Grupp A
Neptunes v Exiles 6.00pm
Grupp A: Exiles 3 punti, Sliema 3 punti, Neptunes 0 punti, Ta’ Xbiex 0 punti, Marsaskala 0 punti, Otters 0 punti
*Neptunes u Ta’ Xbiex għadhom iridu jilagħbu
Grupp B: Sirens 3 punti, Birżebbuġa 3 punti, San Ġiljan 0 punti, Valletta 0 punti, Marsaxlokk 0 punti
*San Ġiljan għadhom iridu jilagħbu
*L-ewwel tliet timijiet minn kull grupp ikomplu l-istaġun fil-Kampjonat Premier
//= $special ?>