EURO 2020 Futbol Sport Stadju Finali

Spinazzola vjaġġa mall-kumplament tat-tim Taljan

Id-difensur Taljan Leonardo Spinazzola vjaġġa mall-kumplament tat-tim Taljan għall-finali tal-Euro 2020 f’Londra sabiex jagħti l-appoġġ tiegħu lil sħabu għal din il-partita importanti. Spinazzola weġġa’ fil-kwartifinali kontra l-Belġju fejn kellu jiġi sostitwit wara li weġġa t-tendon ta’ fuq l-għaksa.

Madanakollu ftit tal-jiem ilu, Spinazzola sarlu intervent fil-Finlandja sabiex jibda’ l-irkupru tiegħu u r-riabilitazzjoni minn din l-injury. Spinazzola mistenni jdum bejn erba’ u ħames xhur barra mill-azzjoni, fejn fil-Euro 2020 kien irreġistrat ukoll bħala l-aktar player veloċi tat-tournament.