Lokali

Tlieta l-Isptar wara li sewwieq baqa’ dieħel f’ħajt

Tlieta persuni, li l-identita’ tagħhom għadha mhux magħrufa iżda li tnejn minnhom huma tfal, kellhom jittieħdu b’urġenza l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara inċident ta’ traffiku fi Triq ir-Rabat, iż-Żebbuġ.

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar meta għal xi raġuni s-sewwieq tal-karozza tilef il-kontroll u baqa’ dieħel f’ħajt.

Minnufih fuq il-post intalbet ambulanza li ħadet lill-feruti l-Isptar għal aktar kura.

Il-kundizzjoni tat-tlett persuni għadha mhux magħrufa filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.