Il-każi attivi ta’ Covid-19 fil-Gżejjer Maltin issa qażbu l-400.
Dan wara li fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati mija u każ ġdid ta’ Covid-19 bit-total ta’ każi f’pajjiżna sa minn meta bdejna nħabbtu wiċċna mal-pandemija issa żdied għal 31,061.
Dan kollu tħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa fejn ġie spjegat li bejn is-Sibt u l-Ħadd fiequ 3 persuni .
Fortunatament ma kienet irraportata ebda fatalita kawża tal-pandemija fl-aħħar sigħat u għaldaqstant l-ammont ta’ vittmi għadu qed jammonta għal 420…bil-każi attivi issa laħqu l-457.
Fl-aħħar ħamest ijiem f’Malta u Għawdex ġew irreġistrati 386 każ ġdid hekk kif pajjiżna għadu kemm ħareġ minn ġimgħa li fiha ra l-ogħla ammont ta’ każi fl-aħħar 10 ġimgħat.
Intant minn nhar l-Erbgħa l-Gżejjer Maltin mhux se jkunu qed jilqgħu persuni li jiġu minn barra l-pajjiż li m’humhiex ivvaċinati bi sħiħ…għajr f’dawk il-każi partikolari li titqies raġonevoli mis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika.
Dan ifisser li residenti Maltin u Għawdxin li mhux ivvaċċinati mhux se jkunu jistgħu jsiefru…b’diversi persuni fuq il-midja soċjali jisħqu li tali deċiżjoni hija waħda deskriminatorja.
Filwaqt li l-Awtoritajiet tas-Saħħa komplew iħeġġu lill-pubbliku sabiex jitlaqqam – ġie spjegat li min jinsab barra minn xtutna preżentament u ġej wara li tidħol fis-seħħ din il-liġi…jekk mhux imlaqqam jista’ jidħol f’pajjiżna permezz ta’ PCR test.
Intant bosta qed jistaqsu għalfejn la darba huma vvaċċinati b’mod sħiħ qed jitqiegħdu taħt kwarantina ta’ ġimgħatejn..u mhux ta’ inqas – filwaqt li insistew li minkejja s-sagrifiċċji kollha li għamlu, u minkejja li l-pajjiż laħaq il-herd immunity, xorta waħda n-negozju tagħhom qed jispiċċa jolqot skoll ieħor..wara l-ħafna li ħabtu wiċċhom magħhom fl-aħħar sena u nofs.
//= $special ?>