EURO 2020 Futbol Sport Stadju Finali

Gareth Southgate b’messaġġ lill-partitarji qabel il-finali

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Ingliż Gareth Southgate irringrazzja lill-partitarji tagħhom għas-sapport li taw lit-tim matul din l-edizzjoni tal-Euro 2020. Hu qal ukoll l-plejers jonqoshom partita oħra fejn jagħtu prestazzjoni mill-aqwa biex jirbħu l-ewwel unur internazzjonali maġġuri wara 55 sena.

Aktar kmieni l-plejers u l-istaff Ingliżi marru fuq mixja qasira qabel iħallu l-lukand fejn qed joqgħodu u jibdew triqithom għal Wembley Stadium. Southgate mistenni jibda bl-istess plejers li lagħbu fis-semi finali kontra d-Danimarka, b’Bukayo Saka jkun l-unika plejer dubjuż jekk ikunx mal-ewwel ħdax. Rapporti fil-media Ingliża qed jindikaw ukoll li minflok Saka, jista’ joħħodlu postu Kieran Trippier, b’Southgate jaf jagħżel li jilgħab bi tliet difensuri ċentrali f’Kyle Walker, John Stones u Harry Maguire.