Internazzjonali

Il-Papa: L-ewwel dehra fil-pubbliku wara l-operazzjoni

epa09336829 Pope Francis leads his Sunday Angelus prayer from a balcony of the Gemelli University Hospital where he underwent a scheduled colon surgery on 04 July, in Rome, Italy, 11 July 2021. EPA-EFE/ANGELO CARCONI

Il-Papa Franġisku deher fil-pubbliku għall-ewwel darba mindu għadda minn operazzjoni f’imsarnu daqs ġimgħa ilu.

Il-Kap tal-Kattoliċi ħareġ fil-gallarija tal-Isptar Gemelli ta’ Ruma biex jagħmel it-talba ta’ kull ġimgħa quddiem mijiet tad-devoti miġburin quddiem il-kumpless u fejn irringrazzjahom għall-appoġġ u t-talb tagħhom biex l-operazzjoni tirnexxi.

Kelliema għall-Vatikan qalu li l-Papa qed jirkupra sew mill-effetti tal-kirirġija li saritlu fl-4 ta’ Lulju.

Intant, il-Papa, qal li l-kellu l-opportunità biex isir jaf dwar l-importanza ta’ servizz tas-saħħa li hu aċċessibbli għal kulħadd fl-Italja u f’pajjiżi oħra. Hu, fl-istess ħin, estenda s-sens ta’ apprezzament tiegħu lill-ħaddiema kollha tal-isptarijiet u ta’ oqsma oħrajn għall-kura ta-saħħa.