Lokali

“Il-politika mhijiex għalina nfusna imma hija missjoni” – Francis Zammit Dimech

“EJJA NIFTAKRU LI L-POLITIKA MHUX FUQNA NFUSNA, IMMA HIJA MISSJONI KIF INKUNU TA’ SERVIZZ”

Wara li ftit tas-sigħat qabel ħabbar li ma kienx se jerġa jikkontesta għall-kariga ta’ Segretarju Ġenerali, Francis Zammit Dimech iddeskriva l-perjodu li għamel hu f’dan ir-rwol bħala wieħed ta’ tiġdid.

Huwa awgura li s-suċċessur tiegħu ħidma sfieqa għall-ġid mhux biss tal-Partit Nazzjonalista iżda tal-pajjiż kollu.

“ISSA SODISFAZZJON KBIR LI JIENA STESS SE NINNOMINA SUĊĊESSUR LI ĦAFNA DIĠÀ FEHMU MIN HU, PERSUNA LI ĦDIMT ĦAFNA MIEGĦU FL-AĦĦAR SENA U ERBA’ XHUR, PERSUNA 40 SENA IŻGĦAR MINNI… IL-PARIRI TIEGĦI MINN NAĦA TIEGĦI MHUX SE JONQSU. U L-AWGURI TIEGĦI LILU HUMA TA’ ĦIDMA TA’ DEDIKAZZJONI TA’ ENERĠIJA GĦAL DAN IL-PARTIT”

Francis Zammit Dimech qal li min iqis il-politika bħala missjoni, għandu jistaqsi żewġ mistoqsjijiet.

“ILBIERAĦ GĦIDT KULJUM GĦANDNA NISTAQSU LILNA NFUSNA ŻEWĠ MISTOQSIJIET. ‘X’NISTA NAGĦMEL ILLUM GĦALL-PARTIT U GĦALL-PAJJIŻ?’ U NISTAQSI WKOLL ‘X’NISTA MA NAGĦMILX?’  U JEKK INWEĠBUHOM BIL-QALB B’ĠENWINITÀ U B’IMĦABBA LEJN PAJJIŻNA NEMMEN LI HEMM FUTUR MILL-ISBAĦ GĦALL-PARTIT TAGĦNA U MINN QALBI NIBQA’ NOFFRI DAK LI NISTA’ GĦAL DIN IL-KAWŻA LI TANT NEMMEN FIHA”