EURO 2020 Futbol Lokali Sport Stadju Finali

Illejla, mis-6:30pm ‘il quddiem, edizzjoni speċjali ta’ Replay qabel il-finali tal-Euro 2020

Replay Euro 2020

Net Television, permezz tat-tim ta’ Replay, illejla se jkun qed ixandar tramissjoni diretta u speċjali qabel il-finali tal-Euro 2020, dik bejn l-Ingilterra u l-Italja, b’analiżi, diskussjoni u kollegamenti diretti miż-żewġ pajjiżi rispettivament, li se jkunu qed jilgħabu f’din il-finali storika. Matul dan l-aħħar xahar, Replay u Net Television, anke jekk m’għandhonx id-drittijiet televiżivi tax-xandir tal-partiti f’pajjiżna, għażlu li jagħtu servizz speċjali u professjonali dwar din il-kompetizzjoni, permezz ta’ programm li xxandar kuljum wara Net News.

‘Replay Euro 2020’ tal-llum il-Ħadd, se jkun qed jibda fis-6:35pm fuq Net Television

Illum,’Replay Euro 2020’ se jkun qed jibda qabel, fis-6:35pm, bl-ewwel parti tal-programm tixxandar sa qabel Net News tas-7:30pm, u wara Net Sports, għall-ħabta tat-8:10pm, tixxandar b’mod dirett, l-aħħar parti ta’ dan il-programm, bl-aħħar aġġornamenti ta’ qabel il-partita minn Wembley Stadium.

Christian Micallef se jkun qed jippreżenta l-programm tal-lum, bis-sehem tal-mistiedna li kienu parti mit-tim ta’ Replay matul din l-iskeda speċjali tal-Euro 2020, Konrad Sultana, Ritchie Cassar u Steward Said. Dawn kienu fost l-mistiedna li ffurmaw parti mill-għażla vasta u popolari li kienet magħżula mill-produzzjoni ta’ Replay matul din il-kompetizzjoni. Kienu bosta dawk li kkumentaw dwar din l-għażla  u għal mod ta’ kif il-mistiedna kollha li ressaq ‘il quddiem Replay matul din l-iskeda, kienu preparati u interessanti ħafna fl-analiżi tagħhom.

Il-programm tal-Euro 2020 fuq Net Television, kien imfaħħar minn bosta għall-għażla tal-mistiedna li ta’ kuljum dehru f’Replay.

Waqt il-programm tal-lejla, Roderick Vella se jkun qed iwassal l-aħħar aġġornamenti u filmati ta’ qabel il-finali tal-lejla, hekk kif jidħlu. Barra mill-istudio, Replay illejla se jkun qed jingħaqad ma’ ġurnalisti barranin li se jkunu qed jgħidu tagħhom qabel din il-partita.

Għaldaqstant, wieħed għandu jsegwi id-diskussjoni tal-lejla ta’ qabel il-partita, fuq Net Television, bi programm imtella’ apposta u speċjali li jibda fis-6:35pm fuq Net Television.