Futbol Sport

L-Arġentina jirbħu l-Copa America | L-ewwel unur internazzjonali għal Messi

(Ritratt: EPA)

Lionel Messi rebaħ l-ewwel trofew tiegħu mal-Arġentina, wara li fil-finali tal-Copa America fil-Maracana Stadium, għelbu lil Brażil bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl uniku tal-partita wasal fit-22 minuta meta minn pass ta’ Rodrigo De Paul, kien Angel Di Maria li qabbeż minn fuq il-goalkeeper Brażiljan u tefa’ fix-xibka.

Dan kien l-ewwel unur internazzjonali għal Messi wara għaxar attentati, kif ukoll l-ewwel trofew għall-Arġentina wara 28 sena. Messi rebaħ ukoll l-unur tal-plejer ta-tournament flimkien ma’ Neymar, fejn skorja erba’ gowls u prova ħames assists.