Sport Sport Ieħor

Novak Djokovic jirbaħ Wimbledon għas-sitt darba fil-karriera

Is-seed numru 1 Novak Djokovic rebaħ il-Grand Slam ta’ Wimbledon għas-sitt darba fil-karriera tiegħu wara li għeleb lit-Taljan Matteo Berrettini fil-finali 6-7 6-4 6-4 6-3. Dan huwa wkoll l-20 Grand Slam li rebaħ Djokovic fil-karriera tiegħu biex b’hekk laħaq lil Roger Federer u Rafael Nadal b’dan it-tragward.

Berrettini rebaħ l-ewwel sett iżda l-esperejenza ta’ Djokovic għinitu biex jieħu l-logħba f’idejh biex rebaħ it-tliet sets ta’ wara. Djokovic b’hekk sara l-ħames tennist li rebaħ l-ewwel tliet Grand Slams tas-sena, l-Open tal-Awstralja, r-Roland Garros u Wimbledon.