Lokali

Sewwieq ta’ mutur Ġermaniż bi ġrieħi gravi

Ġermaniż ta’ 37 sena sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident.

L-inċident seħħ ilbieraħ, għal xi s-7.30pm. Kien dak il-ħin li l-Pulizija ġiet infurmata li kienet
seħħet ħabta fi Triq Burmarrad, San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija marret minnufih fil-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kien seħħ impatt bejn
mutur u karozza tat-tip Renault Clio.

Is-sewwieq tal-mutur, Ġermaniż residenti l-Mellieħa, sofra xi ġrieħi u għaldaqstant
ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

B’xorti tajba s-sewwieq tal-karozza, raġel ta’ 55 sena residenti l-Mosta, ma sofra l-ebda ġrieħi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.