EURO 2020 Futbol Sport Stadju Finali

Sezzjoni ta’ partitarji Ingliżi provaw jidħlu f’Wembley Stadium mingħajr biljett

(Ritratt: EPA)

Sezzjoni ta’ partitarji Ingliżi provaw jidħlu f’Wembley Stadium mingħajr ma kellhom biljett. Skond rapporti fil-media Ingliża jidher li dawn il-partitarji rnexxielhom jaqbżu l-uffiċjali tas-sigurta’ u saħansitra rnexxielhom jidħlu fl-istadium fil-partit tal-istands.

Madanakollu jidher li l-pulizija u l-uffiċjali Ingliżi rnexxielhom jikkontrollaw il-madwar 100 partitarju li daħlu u nħarġu ‘l barra mill-istadium.