Lokali Qorti

Sitt xhur ħabs fuq użu ta’ passaporti foloz

Żewġ Iranjani weħlu sitt xhur priġunerija wara li kienu akkuzati li użaw passaporti Spanjoli foloz biex jipprovaw jidħlu f’Malta.

Amir Ashityani ta’ 30 s ena u Farmida Mokthari ta’ 19-il sena ammettew l-akkużi kontrihom, bil-Qorti tisħaq li għandhom jingħataw piena effettiva hekk kif dawn telqu mit-Turkija lejn il-Greċja biex minn hemm daħlu f’Malta f’attentat biex imorru lejn Franza u wara l-Ingilterra… dejjem illegalment bl-użu ta’ passaporti foloz.

L-avukat tal-għajnuna legali talab lill-Qorti għal sentenza sospiża hekk kif dan hu l-ewwel reat tagħhom filwaqt li l-ewwel jingħataw iċ-ċans li japplikaw għall-ażil.

Madanakollu, il-Qorti qalet li kellhom iċ-ċans jagħmlu dan il-proċess meta waslu l-Greċja.