“Qed insejjaħ lill kull min irid jagħmel ġid lill-pajjiżu sabiex jersaq lejn il-Partit Nazzjonalista biex flimkien nagħmlu il-ġid lill-pajjiż. Għandna lkoll id-dmir li nagħmlu dan”. Stqarr dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt kollegament telefoniku li għamel il-Ħadd filgħodu fuq Net FM.
Bernard Grech saħaq kif jinsab ferm entużjast li lbieraħ kellu l-opportunita li jindirizza lill-Kunsilliera u attivisti fil-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, dan għaliex huwa l-ewwel wieħed tiegħu bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista kif ukoll għaliex il-ftuħ sar fil-Gżira Għawdxija, li hija ferm għall-qalb il-Partit Nazzonalista.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq li waqt il-Kunsill Ġenerali li sar ilbieraħ, kien hemm żagħżugħ partikolari li ta messaġġ. Dan iż-żagħżugħ stqarr li kien il-Partit Nazzjonalista li ġġieled u ħadem sabiex Malta tkun fl-Unjoni Ewropea u minkejja li dak iż-żmien ma setax jivvota, kien il-Partit Nazzjonalista li ta diversi opportunitajiet kemm lilu kif ukoll lil diversi żgħażagħ bħalu. Għall-kuntrarju tal-PN, il-Partit Laburista ma riedx li Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea għaliex ma jemminx fil-ħiliet tal-Maltin u Għawdxin.
Dwar il –pandemija tal-Covid-19, Bernard Grech saħaq li huma diversi dawk li jinsabu irrabbjati minħabba dak li qed jagħmel il-Gvern… Gvern ta’ jew nej jew maħruq.. Gvern bla pjan u li ma jismax mill-esperti. Il-Gvern ta’ Robert Abela issa ma jistax jibqa’ jgħid li ma jinsabx ippreparat… iżda minkejja kollox ser jibqa’ jwebbes rasu u ma jismax milli qed jgħidulu l-awtoritajiet, l-esperti u istituzzjonijiet barranin bħad-WHO. Dan kollu juri biċ-ċar kemm dan hu Gvern arroganti u inkompetenti għax ma jrid jisma’ minn ħadd.
Mistoqsi rigward ir-rapport tal-FATF, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista stqarr li l-fatt li Malta ġiet greylisted ċappas kemm l-isem li kellna onorabbli fl-Ewropa kif ukoll il-bandiera bajda u ħamra.. il-bandiera Maltija.
Dwar is-survey li ġie ppubblikat il-Ħadd, Bernard Grech dan ser ikompli jagħmel aktar kuraġġ Il-Partit Nazzjonalista sabiex ikompli jissaħħaħ, jiġġedded u jaħdem għall-ġid ta’ pajjiżna.
//= $special ?>