EURO 2020 Futbol Sport Stadju Finali

“Ċert li dan it-tim se jkollu aktar suċċessi fil-futur” – Leonardo Bonucci

(Ritratt: EPA)

Fil-kummenti wara l-partita id-difensur ċentrali Leonardo Bonucci stqarr li dan it-tim, taħt il-gwid tal-kowċ Roberto Mancini se jkollu aktar suċċessi fil-futur. Leonardo Bonucci skorja l-gowl li kiseb id-draw għall-Italja fis-67 minuta biex sforza l-partita għall-ħin barrani u saħansitra għall-għoti tal-penalties.

Bouncci qal li din ir-rebħa Taljana jekk tim jemmen fil-proġett mill-ewwel ġurnata u jibqa’ magħqud, kapaċi jasal sal-aħħar stadji, biex finalment kisbu dak li tant ħadmu għalih. B’din ir-rebħa it-tim Taljan estenda l-mixja ta’ 34 partita mingħajr telfa taħt Manicin, wara li fl-2018 kienu naqsu milli jikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja fir-Russja.

Wara l-rċieva l-unur tal-plejer tal-partita Bonucci qal ukoll li se jipprova jikkonvinċi lid-difensur veteran Giorgio Chiellini sabiex jilgħab fit-Tazza tad-Dinja tal-Qatar, li se ssir madwar sena u nofs oħra, f’Diċembru tal-2022.