Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne bħalissa jinsab fi kwarantina wara li kellu kuntatt ma’ każ pożittiv tal-COVID-19.
Fearne ttestja negattiv għal dan il-virus iżda xorta waħda se joqgħod fi kwarantina għal 14-il ġurnata.
Fi stqarrija ntqal li membru tal-familja ta’ Fearne ġie pożittiv għall-COVID-19.
Minkejja li d-Deputat Prim Ministru mhuwiex pożittiv għall-COVID-19, qiegħed isegwi l-miżuri tal-awtoritajiet għas-saħħa u għalhekk qed jiżola ruħu u ser ikun qed jaħdem mid-dar.
//= $special ?>