Bejn il-bieraħ u llum żdiedu b’179 il-każi attivi ta’ Covid-19 f’ Malta, bit-total tal-każijiet ta’ 634.
Dan filwaqt li fiequ 2 persuni u b’hekk it-total ta’ imfejqa issa qed jammonta għal 30,186.
Filwaqt li fortunatament ma ġiet irraportata ebda fatalita` kawża tal-pandemija, bl-ammont ta’ vittmi jibqa’ dak ta’ 420.
Ta’ min wieħed jinnota li fl-aħħar ħamest ijiem f’pajjiżna ġew irreġistrati 540 każ ġdid tal-virus.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li t-totali ta’ persuni imlaqqma b’mod sħiħ issa huma aktar minn 350,000 il-persuna.
Mid-19 ta’ lulju, se tinfetaħ sejħa biex min għadu ma tlaqqamx ikun jista’ jagħmel dan billi jżur wieħed mill-postijiet allokati mingħajr il-bżonn ta’ aapuntament permezz ta’ sistema ta’ ‘walk-ins’.
//= $special ?>